Loyalty Cards

Għeżież Aġenti,

Għal dawn l-aħħar xhur, jien u xi wħud mill-mexxejja ta' timijiet oħra avviċinajna kumpaniji lokali biex jagħtu lilna l-Aġenti ta' Traverus f'Malta, skontijiet fuq prodotti jew servizzi tagħhom. Hawn taħt għandek issib lista ta' kumpaniji li qablu li jikkollaboraw magħna s'issa. Meta kumpaniji oħra jibgħatulna l-proposti tagħhom, aħna se nżiduhom mal-lista.

Sabiex jittieħed vantaġġ minn dawn l-iskontijiet u l-offerti, ser ikollok bżonn tippreżenta l-Loyalty Card tiegħek lill-kumpanija konċernata. Jekk jogħġbok ikkuntattja lil International Field Leader tiegħek għal Loyalty Card li tiswa €2.00.

Jekk jogħġbok innota li jekk l-account ta' Traverus tiegħek huwa 'suspended', inti titlef il-benefiċċji ta' din l-iskema u l-kumpaniji kollha li jikkollaboraw magħna se jiġu avżati li inti m'għadekx Aġent ma' Traverus.

Klikkja fuq kull kumpanija biex tkun tista' tara l-proposta tagħhom:

Vodafone (offerti disponibbli wkoll għall-konjugi tal-aġenti)
H2Only Water
Hamilton Travel
Servizzi Legali
The Ballet Shop
Servizzi ta' Interior Design
Alexia Nails Proposal
Seabank Hotel (Mellieha) Proposal
Music Lessons & Live Music Performances

Jekk għandek xi mistoqsijiet, saqsi lil leader tat-tim tiegħek jew ibagħat post fuq dan il-blog.

Gawdi l-benefiċċji tiegħek!