Thursday, November 12, 2009

Kif tista' taċċessa l-Commissions ta' TraVerus u tircievi Flusek

Għeżież Aġenti

Kien qed ikun hawn domanda kbira mill-Aġenti internazzjonali għad-debit cards ta' TraVerus u l-kumpanija Vision Pay Cards ma bdietx tlaħħaq tagħmel trasferimenti tal-flus fil-ħin. B'hekk TraVerus iddeċidew li ma jaħdmux iżjed ma' din il-kumpanija u qed ifittxu kumpanija alternattiva serja li żgur ħa tieħu xi ftit taż-żmien. Sadanittant l-unika mod kif tista' tirċievi flusek mill-eWallet huwa billi titlob Wire Transfer għal ġo kont tiegħek f'bank lokali. Tista' tagħmel dan billi tibgħat email lil shawn@traverus.com bid-dettalji li ġejjin:

1. Ismek sħiħ kif inhu mniżżel mal-bank
2. In-numru tal-Agent ID ta' TraVerus
3. Isem u indirizz tal-Bank tiegħek
4. Numru tal-kont bankarju tiegħek
5. In-numru IBAN (itlob dan lill-bank tiegħek)
6. Swift Code (itlob dan lill-bank tiegħek)
7. Ammont li tixtieq jiġi trasferit

Jekk jogħġbok innota li din hija l-uniku mod biex tirċievi flusek mill-eWallet sakemm joħroġ avviż ieħor. TUŻAX il-kont tal-Global Money Cards (għal dawk li għandhom wieħed) għax m'għadux jaħdem. Jekk f'każ li ghandek xi flus fil-Global Money Cards, agħmel transfer lura fl-account ta' david@traverus.com biex il-flus imorru lura għand TraVerus, u informa lil Ginger Johnson fuq ginger@traverus.com bit-transfer li tkun għamilt. Fl-eWallet qatt tagħfas fuq 'Request a Payment' għax dik tapplika għall-Amerikani biss biex jirċievu ċekk id-dar.

Żomm ruħek aġġornat x'qed jiġri billi tiċċekkja l-Blog regolari u ħeġġeġ lit-tim tiegħek jagħmel l-istess ħaġa. Kif ikollna iżjed informazzjoni dwar il-ħlas, aħna naġġornawk. Jekk għandek xi diffikultajiet, ikkuntatja lil Leader tiegħek. Grazzi.